Iċċelebrat l-34 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien

Fl-okkażjoni tal-34 anniversarju mill-Ħelsien ta’ pajjiżna, aktar kmieni llum, il-President ta’ Malta George Abela poġġa l-fjuri fuq il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu akkumpanjat mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Lawrence Gonzi.

Din hija l-ewwel darba li l-President, l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ħadu sehem flimkien fiċ-ċerimonja.

Aktar tard wara nofsinhar, il-Partit Laburista se jorganizza ċerimonja quddiem il-monument tal-Ħelsien, fil-Birgu.

Ritratti: DOI