Iċċelebrat Jum iż-Żgħażagħ

Hekk kif matul il-jum tal-Ħadd kien iċċelebrat Jum iż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ iċċelebrat dan il-jum billi ħadet sehem fil-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija fil-kappella ta’ Santa Marija f’Bubaqra, ż-Żurrieq.

F’din il-quddiesa li hi speċjalment għaż-żgħażagħ, kienet iċċelebrata wkoll il-liturġija tad-daħla tal-Mulej Ġesu f’Ġerusalemm. L-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona attenda u mexxa din il-quddiesa.