Iċċelebrat Jum in-Nanniet f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana attendew attività organizzata minn Nanniet Malta fil-ġonna ta’ Villa Rundle, fir-Rabat, Għawdex.
Wieħed mill-għanijiet tal-għaqda Nanniet Malta kien li jibda jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet u jiżdied l-għarfien fuq livell nazzjonali.
Il-Ministru Refalo qal li l-MEPA ħarġet il-permessi meħtieġa għat-twaqqiegħ tal-bini eżistenti u l-kostruzzjoni ta’ dar tal-anżjani. 
Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li għall-ewwel darba f'Malta qegħdin niċċelebraw Jum in-Nanniet, wara mozzjoni fil-Parlamement li ressaq il-Gvern biex jiġi ċċelebrat mat-tieni Ħadd ta' Ottubru.
Caruana qalet li ħafna drabi in-nanniet jkunu omm jew missier għat-tieni darba meta jassistu lit-tfal tagħhom fit-trobbija ta’ wliedhom.

Ritratt: MGOZ – George Scerri