Iċċelebrat Jum il-Vitorja

Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, liema festa tfakkar ir-rebħa tal-poplu Malti fuq it-Torok. Dan filwaqt li erba’ rħula li huma l-Isla, l-Mellieħa, in-Naxxar u x-Xagħra Għawdex, jiċċelebraw ukoll il-festa tat-twelid tal-Madonna.

Ilbieraħ, fl-Isla, saret parata mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn attendew l-Aġent President u l-Prim Ministru ta’ Malta. Wara anke saret Quddiesa Pontifikali fil-knisja tal-Isla biex tkun imfakkra din il-festa nazzjonali.

Dalgħodu, l-Arċisqof Pawlu Cremona qed jikkonċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Illum wara nofsinhar issir ukoll ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir.

Ritratti: Facebook – Armed Forces of Malta (AFM)