Iċċelebra r-rebbiegħa f’Dubaj ma’ Emirates Holidays

Minn btala kwieta u rilassanti għal avventura eċċitanti, Dubaj hi d-destinazzjoni ideali għal kull tip ta’ vjaġġatur, u tinsab qrib permezz tal-linja tal-ajru Emirates b’pakketti speċjali għal vjaġġi bejn is-6 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru 2016.
Emirates Holidays, il-fergħa tal-ivjaġġar tal-Emirates, qed tniedi pakketti ta’ btala li jibdew minn €503 kull persuna inklużi t-taxxi tal-ajruport minbarra l-miżati tal-visa. Il-vjaġġaturi jistgħu jagħżlu bejn lukandi t’4 jew 5 stilel li jinkludu fost oħrajn servizzi bħal meet and assist mal-wasla, twassil  għal vjaġġ tar-ritorn, kolazzjon stil Amerikan, u l-biljett tal-ajru bir-ritorn Malta-Dubaj-Malta fil-Klassi tal-Ekonomija.
Il-vjaġġaturi jistgħu wkoll igawdu minn għadd ta’ skontijiet u għażliet ta’ upgrades minn firxa ta’ lukandi.  
Magħrufa għall-iskyline ikoniku, ibħra sħan, ikel gourmet u avventuri fid-deżert viċin, Dubaj taqbeż l-aspettattivi tal-viżitatur f’kull okkażjoni. Minn għażliet orjentati lejn il-familja kollha bħal water parks, annimali tal-baħar, amusement rides u parks sa xiri mill-aqwa ħwienet, ristoranti tal-għola kwalità u lussu ta’ 5 stilel. Ċertament li l-ebda vjaġġatur mhu ser jiddejjaq f’din il-belt kożmopolitana.