Iċċelebra l-Quddiesa quddiem ritratti tal-parruċċani

Don-Giuseppe-Corbari

Don Giuseppe Corbari, kappillan tal-Parroċċa ta’ Robbiano di Giussano, fi Brianza, belt żgħira fit-Tramuntana ta’ Milan, iċċelebra l-quddiesa bir-radju quddiem ir-ritratti u s-selfies li l-Parruċċani tiegħu bagħtulu. Dan wara appell li għamlet il-Knsija fil-lokal biex il-Knsija timtela’ anki f’dan iż-żmien diffiċli bl-imxija tal-coronavirus.

Il-parteċipazzjoni fl-inizjattiva kienet tant għolja li l-kappillan qal li spiċċalu t-toner bil-linka tal-printer.

Huwa qal li ħass dwejjaq li kellu jiċċelebra l-quddies fil-jiem ta’ qabel bil-bankijiet kollha vojta. Qal li huwa konvint li “ninsabu f’komunjoni ta’ fidi”.

F’messaġġ li bagħat lill-parruċċani huwa qal li se jpoġġi lill-abbatini madwar l-artal, it-tfal fil-postijiet ta’ quddiem u l-adulti fil-postijiet l-oħra filwaqt li qal li se jżomm ma’ metro ‘l bogħod bejn kull ritratt biex ma jiksirx ir-regoli preżenti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn