Iċċelebra Jum il-Missier f’Bay Street

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju, 2015 se jitfakkar Jum il-Missier, bil-kumpless Bay Street joffri għażla kbira ta’ rigali, b’iktar minn 60 ħanut għax-xiri. Dan minbarra varjetà ta’ ikel, ħin ħieles u divertiment.
Għall-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, dawk li jżuru Bay Street dakinhar, jistgħu jieħdu ritratt tal-familja b’xejn mal-attrazzjoni kbira tas-sajf, it-T-Rex, u se jkun hemm ukoll boroz ta’ ħdejn il-baħar b’xejn ma’ kull xirja.
Il-benefiċċju ewlieni ta’ Bay Street hu li jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mill-10am sal-10 pm.
Kelliemi għall-kumpless qal li “ninsab konvint li se ssibu r-rigal li qegħdin tfittxu biex turu lil missirjietkom kemm huma speċjali. Jiena ċert li kull min jiġi Bay Street se jkollu jum memorabbli mal-familja kollha, speċjalment bl-attrazzjoni żejda f’Jurassic Street, fejn issibu t-T-Rex, biex iktar ikollna x’inżidu ma’ dak li jattira n-nies lejn il-kumpless”.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt