Iċċelebra fit-Tokk l-aħħar tokki tal-2017

Għat-tnax-il sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u l-Ministeru għal Għawdex, se jorganizzaw iċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tas-sena fil-kapitali Għawdxija.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari għall-Valletta 2018, Deo Debattista, iċ-Ċermen tal-MTA, Gavin Gulia u s-Sindku tar-Rabat, Samuel Azzopardi.
Is-Segretarju Parlamentari Debattista tkellem dwar l-irwol li Għawdex se jkollu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018 waqt li fakkar li t-titlu tal-Kapitali Ewropea għall-Kultura mhux se jkun assoċjat biss mal-Belt Valetta.
Matul is-sena d-diela, 200 minn 400 avveniment se jkunu qed isiru barra mill-Belt Valletta, 28 minnhom f’Għawdex.
Min-naħa tagħha, il-Ministru Caruana qalet li l-Ministeru se jibqa’ jinvesti mhux biss biex jippromovi l-Milied f’ Għawdex imma anke għadd ta’ attivitajiet li se jsiru s-sena d-dieħla.