Iċċekkja s-sintomi tal-coronavirus permezz ta’ webapp

Miguela Xuereb

Read in English.

Issa tista’ tiċċekkja għas-sintomi tal-coronavirus permezz tal-covid19check.gov.mt webapp.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa. Il-Ministeru spjega li l-website app għandha tintuża biex dak li jkun jiċċekkja r-riskju tiegħu għall-coronavirus. Qal li l-app hija aċċessibbli minn kullimkien u minn kwalunkwe apparat, kompjuter, laptop jew smartphone.

Il-website app tagħti informazzjoni magħmula għal min jużaha sabiex ikun jista’ jieħu l-aħjar deċiżjonijiet għas-saħħa tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru. L-app tipprovdi tweġibiet personalizzati u pariri fuq x’għandu jkun il-pass li jmiss għal min jużaha.

Jekk tixtieq tiċċekkja s-sintomi tiegħek agħfas hawn.