Iċċekkja qabel tieħu minn dan il-meraq tal-lumi

Il-meraq tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon m’għandux jiġu kkunsmat minn dawk li għandhom allerġija għas-sulfati.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li nstab li l-prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. Id-data tad-durabbiltà tal-prodott affettwat hija l-14 ta’ Lulju 2020.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew imejl fuq mhi@gov.mt.