​Iċċekkja jekk tistax tivvota fl-elezzjonijiet li jmiss

Il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar fl-importanza li kulħadd jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali għax inkella jista’ ma jkunx intitolat għall-vot meta jsiru elezzjonijiet. 
Il-Kummissjoni qalet li għadhom kemm ġew ippubblikati r-Reġistri Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta’ April, 2018.  
Kull min ma ġiex inkluż jew votanti b’dettalji mhux korretti, għandhom sat-18 ta’ Mejju biex jagħmlu appell mal-Kummissjoni Elettorali.
Tista’ tara jekk intix eliġibbli biex tivvota fl-elezzjonijiet li jmiss, billi tagħfas hawnhekk u ddaħħal id-dettalji tiegħek.