Iċċekkja jekk mill-Mellieħa…

Se jinbidlu xi numri ta’ bibien f’xi toroq fil-Mellieħa.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi avżat lir-residenti ta’ Triq Dun Franġisk Sciberras, Triq il-Ġarġir, Triq il-Garni, Triq ir-Rattan u Triq is-Sagħtar, li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw b’mod uffiċjali numri ġodda.
L-avviż huwa ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma obbligati bil-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda sal- 10 ta’ Mejju.