Iċċedi binja ta’ 8 sulari, tmut tarbija ta’ 18-il-xahar

Straġi fl-Eġittu wara li waqgħat binja għolja tmien sulari, b’konsegwenza li mietu 14-il persuna u ndarbu mill-inqas 8.

Fost il-vittmi hemm tifla ta’ sena u nofs. L-inċident seħħ f’zona f’Lixandra.

Mhux eskluż li jinstabu aktar vittmi. Il-binja, li kien fiha 24 appartament, ċediet waqt li r-residenti kienu reqdin. Skont is-sindku tal-post, il-binja ma kelliex il-permessi tal-bini meħtieġa.