Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ċediet biċċa minn krejn fuqu

Aġġornat 12:23 PM
jaqa travu gravi

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu ċediet biċċa minn krejn fuqu f’Ħaż-Żabbar.

Il-każ ġara fil-10.45am fi Triq ix-Xgħajra f’sit ta’ kostruzzjoni.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara billi ċediet struttura minn pompa tas-siment imqabbda ma’ krejn u ġiet fuq persuna.

Ir-raġel għandu 32 sena u huwa residenti Marsaskala. Huwa ttieħed l-isptar b’emerġenza fejn irriżulta li għandu ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.