​Iċarrat ġiżirana minn madwar għonq anzjana

Raġel ta’ 48 sena minn Bormla ma ngħatax il-libertà proviżorja wara li ġie akkużat bi tliet serqiet bl-użu ta’ vjolenza fuq nisa anzjani.
Fost l-oħrajn Simon Camilleri ġie akkużat li ħataf ġiżirana minn għonq Carmen Baldacchino li kienet Malta fuq btala mill-Awstralja.
Fil-Qorti l-mara li għandha 68 sena, xehdet kif fis-7 ta’ Ġunju li għadda filgħodu, kienet is-Siġġiewi meta xi ħadd ħatfilha l-ġiżirana li kienet liebsa. Qalet li ħassitha tifga u li r-raġel li seraqilha ħarab jiġri minn fuq il-post. Qalet li baqa’ sejjer jirkeb karozza startjata li kienet qed tistennih.
L-anzjana qalet li tistma li l-valur tal-ġiżirana li nsterqitilha huwa ta’ madwar €5,000.
Il-każ ikompli fil-jiem li ġejjin.