Icardi viċin il-100 gowl fis-Serie A ma’ Inter

Jekk jiskorja fil-konfront kontra Sassuolo, Mauro Icardi jkun kiseb il-100 gowl tiegħu fis-Serie A bil- flokk ta’ Inter.
Icardi ngħaqad mat-tim minn Milan wara staġun ma’ Sampdoria.
Għalkemm Inter naqqsu milli jikkompetu għar-rebħ ta-kampjonat, l-attakkant Arġentin ta’ 25 sena kellu staġun mill-aqwa hekk kif skorja 28 gowl fi 32 logħba fil-kampjonat.
Meta mqabbel ma’ plejers oħra li jilagħbu f’kampjonati madwar l-Ewropa, Icardi jinsab fil-ħames post wara Lionel Messi ta’ Barcelona b’34 gowl, Mohamed Salah ta’ Liverpool b’31 gowl, Ciro Immobile ta’ Lazio b’29 gowl u Robert Lewandowski ta’ Bayern Munich b’29 gowl.
Icardi stqarr li l-objettiv tat-tim illi jasal sal-preliminari taċ-Champions League huwa iżjed importanti min-numru ta’ gowls li skorja s’issa.