Icardi mhux ċert hux għal ma’ Juve jew Napoli

Juventus iltaqgħu ma Mauro Icardi biex jippruvaw jilħqu xi kompromess qabel ma l-kompetituri tagħhom, Napoli, jilħqu jikkonvinċuh jiffirma magħhom. L-eks captain spiċċa fis-suq wara li qatta’ l-karti mal-klabb u l-Coach il-ġdid Antonio Conte. Iżda qed tkunlu diffiċli biex isib klabb anke jekk il-prezz tnaqqas drastikament għal €60 miljun.

Gianluca Di Marzion iddikjara li Napoli kienu lesti li jagħmlulu offerta u jissodisfaw it-talbiet ta’ Inter, iżda l-Arġentinjan sa ftit jiem ilu kien ċaħad din l-offerta. Huwa kellu għajnejh fuq Juventus, għalkemm tul l-aħħar ftit jiem jidher li qed iqis it-trasferiment tiegħu ma Napoli.

Din tista’ tkun ir-raġuni għaliex id-direttur ta’ Juve Fabio Paratici mar sa Ibiza għal laqgħa qasira ma’ Icardi u martu li hija l-aġent tiegħu.