Iċ-ċkejkna Elisa tingħata l-aħħar tislima għada

Għada se tingħata l-aħħar tislima Elisa Buhagiar, it-tifla li tilfet ħajjitha f’inċident traġiku fil-Manikata nhar il-Ħamis li għadda.

Aqra: Tmut tifla ta’ 10 snin f’ħabta bejn 2 karozzi fil-Manikata

L-inċident ġara fi Triq il-Prajjet fil-Mellieħa, meta Elisa kienet riekba ma’ missierha li għandu 49 sena u tifla oħra ta’ 10 snin. Il-familja toqgħod l-Imtarfa. Il-ħabta ġrat bejn żewġ karozzi, u l-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti l-Mellieħa.

Il-funeral se jsir għada l-Erbgħa fit-3.30pm fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-familja taċ-ċkejkna appellat lil dawk li se jattendu biex ma jilbsux iswed, imma jilbsu abjad jew kulur ċar.