Iċ-ċittadini għandhom ikunu jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom dovuti għall-UE – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li ċ-ċittadini Ewropej ikunu aktar konxji ta’ kif u fejn qegħdin jintefqu t-taxxi tagħhom dovuta għall-Unjoni Ewropea (UE).
Fi kliem Dalli dan jista’ jsir billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tingħata aktar viżibilità fejn tidħol il-ħidma tagħha. Dalli qalet dan waqt il-laqgħa tal-lum tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).
Il-Membru Malti appuntat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat qal li bħala Qorti jaħdmu spalla ma’ spalla kemm mal-Kummisjoni u kif ukoll il-Parlament Ewropew sabiex ikomplu jsaħħu u jikkonsolidaw djalogu kontinwu għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej. 
Brincat ħabbar, li mill-bidu ta’ dan ix-xahar, ingħata responsabbilitajiet ġodda fil-Qorti biex jaħdem fuq l-affarijiet barranin, is-sigurtà u l-immigrazzjoni.
Ritratt: DOI – Jason Borg