​Iċ-Cisk Pilsner rebbieħa fil-World Beer Awards 2017

Iċ-Cisk Pilsner, waħda mill-birer tal-Birrerija Farsons, ingħatat it-titlu tal-Aqwa Lager Ċara Stil Ċek fid-Dinja.
Dan il-premju ingħata waqt il-World Beer Awards 2017 f’Londra.
Il-birra Cisk Pilsner kienet bdiet issir oriġinarjament fil-Birrerija Farsons lejn tmiem l-erbgħinijiet fejn reġgħet ħarġet fis-suq is-sena l-oħra
Iċ-Cisk Pilsner hi Pilsner superjuri li tgħaqqad it-tradizzjoni ta’ eċċellenza u l-passjoni li bihom tissajjar il-birra mal-kwalità eċċezzjonali tax-xgħir Pilsen u l-ħops Noble tal-varjetà Saaz.