Iċ-ċirku dalwaqt f’Għawdex

Min-nhar il-Ġimgħa li ġej, il-Gran Circo Zavatta dalwaqt se jkun qed joffri wirjiet fir-Rabat Għawdex.
Il-wirjiet se jsiru kuljum sal-Ħadd 17 ta’ Jannar u se jinkludu diversi karattri popolari mat-tfal, buffi, balancing, maġija, trasformisti li jbiddlu l-ħwejjeġ f’temp qasir, cowboys u indjani bis-skieken, fire eaters u persuna b’saħħtu ħafna li jgħawweġ il-ħadid.
Il-qofol tal-attrazzjonijiet se tkun The Wheel of Death, fejn l-artisti se jittestjaw il-bilanċ tagħhom fl-għoli.
Għall-biljetti jew iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 99991771.
Il-biljetti huma €5 għat-tfal u għall-adulti jibdew minn €10.