Ċipru jdaħħal 101 immigrant

Syrian refugees are seen after disembarking from a Cyprus coast guard boat off the south-east of the island in the region of Protaras, January 14, 2020.REUTERS/Yiannis Kourtoglou

Read in English.

Ċipru interċetta dgħajsa li kienet qed iġġorr 101 Sirjani ‘l barra mill-kosta tal-gżira llum, skont il-Pulizija.

Ir-Reuters qal li din kienet waħda mill-akbar wasliet ta’ refuġjati minn pajjiżi fil-qrib fl-aħħar xhur.

Is-Sirjani tniżżlu fuq dgħajsa tal-gwardja tal-kosta u minn hemm iddaħlu f’port Ċiprijott.

Kelliema għall-Pulizija ta’ Ċipru qalet li kien hemm minuri fuq id-dgħajsa li jidher li telqet mit-Turkija.