Iċ-Cinque Stelle u l-Lega jitolbu l-appoġġ tal-President

Cinque Stelle

Il-Moviment tal-Ħames Stilel tal-Italja, moviment kontra l-establishment, u l-Lega tal-Lemin se jkunu qed ifittxu l-appoġġ tal-President għall-kandidat tagħhom biex imexxi gvern ta’ koalizzjoni bi pjan li jżid l-infieq.
Skont ir-Reuters, 11 il-ġimgħa wara l-elezzjoni mingħajr konklużjoni, il-partiti rivali huma mistennija li jinnominaw Prim Ministru li jmexxi programm li jsejjaħ għal tnaqqis fit-taxxi. Se jiżdied l-infieq għall-foqra.
Għalkemm għad mhemm xejn ikkonfermat, il-midja Taljana qed tgħid li l-kandidat prinċipali huwa l-Professur Giuseppe Conte.
Il-President Sergio Mattarella jkollu d-deċiżjoni finali fuq min se jkun il-Prim Ministru.
Ritratt: Reuters