Iċ-Ċiniżi mhumiex lesti għat-tieni tarbija

Iċ-Ċina qed tirriskja li fi ftit snin oħra jkollha popolazzjoni dejjem tixjieħ u b’hekk tiffaċċja problemi ekonomiċi.
Dan għaliex mhux qed jitwieldu biżżejjed tfal li ‘l quddiem ikunu l-ħaddiema li jsostnu l-pensjonijiet.
Sena ilu, il-Gvern Ċiniż biddel il-politika tiegħu ta’ 30 sena u qal li familji li jridu t-tieni tarbija jistgħu jkabbru l-familja wara li jitolbu permess.
Imma mill-50,000 familja li kienu stmati li jistgħu japplikaw għat-tieni tarbija, kienu biss 30,000 dawk li fil-fatt qed jikkunsidraw li jkabbru l-familja.
Ħafna qed jargumentaw li t-tieni tarbija tfisser spejjeż li ma jifilħux għalihom jew m’għandhom lil ħadd li jkun jista’ jieħu ħsiebha.