Jużaw tracker biex jevitaw zoni milquta mill-Coronavirus

Reuters

Iċ-ċittadini Ċiniżi qed jużaw programmi ta’ mapep u trackers tal-ivjaġġar biex jiġu evitati  l-akkwati li huma affettwati mill-coronavirus kif ukoll biex ikunu preparati għall-periklu li jistgħu jiltaqgħu miegħu.

Il-kumpanija QuantUrban u l-kumpanija terza Wechat żviluppaw programmi li bihom ir-residenti jkunu jistgħu jevitaw l-akwati li fihom hemm il-coronavirus. Huma qed iniżżlu din l-informazzjoni f’dan il-programm u jimmarkaw iz-zoni affettwati.

Persuna li tkellmet dwar dan it-tracker qalet li dan qed iservi ta’ serħan il-moħħ għaċ-ċittadini li jkunu jafu z-zoni affettwati minn dan il-virus u hemm ċans li inqas ikompli jinfirex.

Fil-belt ta’ Shenzhen s’issa hemm ikkonfermati 245 każ li jagħmilha waħda mill-iktar bliet affettwati fin-Nofsinhar taċ-Ċina.

Il-fundatur u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija QuantUrpan qal li huma riedu li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għal kulħadd sabiex wieħed ikun jaf fejn huwa z-zoni affettwati kif ukoll biex ifakkru liċ-ċittadini biex jieħdu l-protezzjoni adekwata sabiex dan il-virus ma jkomplix jinfirex.