Iċ-Ċiniżi jridu jiskennjaw wiċċhom qabel jieħu servizzi ġdid tal-mobile

Nies fiċ-Ċina se jkunu mitluba li jiskennjaw wiċċhom biex jirreġistraw għas-servizzi ġodda tat-telefonija biex l-Awtoritijiet ikunu f’pożizzjoni li jidentifikaw lill min qed juża’ l-internet fil-pajjiż.

Regolamenti ġodda li daħlu fis-seħħ illum jaraw kif in-nies iridu jdaħħlu wiċċhom f’magna li tieħu ritratt tal-wiċċ qabel jingħataw servizz ġdid ta’ telefonija ċellulari.