Iċ-Ċina f’biża’ hekk kif twaqqaf l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib

Iċ-Ċina waqfet l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib minn New Zealand wara li kien rappurtat li l-esportatur ewlieni sab xi tip ta’ bacteria.

Dan wara li sar magħruf li l-bacteria li nstabet fi tliet lottijiet differenti tista’ anke taffettwa n-nervituri u saħansitra tista’ twassal biex l-individwu jispiċċa pparalizzat.

Iċ-Ċina li timporta l-ħalib tat-trab biss minn New Zealand diġa għaddiet minn sitwazzjoni simili ħames snin ilu meta dakinhar fl-iskandlu tal-ħalib tilfu ħajjithom sitt itrabi u mardu aktar minn 300,000 tarbija.

Din l-aħbar waslet biex mal-elf tunellata ta’ prodotti tal-ħalib f’seba’ pajjiżi fosthom iċ-Ċina jinġabru lura.