Iċ-Ċina tlaqqam eluf b’vaċċin esperimentali

REUTERS

Iċ-Ċina qed tlaqqam għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini tagħha b’vaċċini esperimentali kontra l-coronavirus u qed tattira interess internazzjonali minkejja tħassib dwar is-sigurtà ta’ mediċini li ma jkunux wettqu l-proċess sħiħ ta’ ittestjar.

Iċ-Ċina nediet il-programm ta’ emerġenza tal-vaċċin f’Lulju, fejn offriet tliet tilqimiet esperimentali żviluppati mill-ġgant tal-farmaċewtika tal-istat China National Pharmaceutical Group (Sinopharm) u minn Sinovac Biotech. Vaċċin ieħor kontra l-COVID-19 li qed jiġi żviluppat minn CanSino Biologics kien approvat mill-forzi armati Ċiniżi f’Ġunju.

Il-Gvern Ċiniż ma ppubblika ebda informazzjoni uffiċjali dwar kemm il-tilqima ngħatat lill-gruppi domestiċi, li jinkludi ħaddiema fis-setturi mediċi, tat-trasport u dawk li jaħdmu fis-swieq tal-ikel.

Iżda ċ-China National Biotec Group (CNBG), it-taqsima f’Sinopharm li qed tiżviluppa żewġ vaċċini ta’ emerġenza, u Sinovac, ikkonfermaw li mill-inqas għexierien ta’ eluf ta’ persuni tlaqqmu. Aktar minn hekk, CNBG qalet li hija tat mijiet ta’ eluf ta’ dożi; wieħed mill-vaċċini tagħha jeħtieġ li jindividwu jingħata żewġ jew tliet tilqimiet biex il-vaċċin ikun effettiv.