Iċ-Ċina tirrapporta 25 każ ġdid ta’ coronavirus f’Beijing

REUTERS/Thomas Peter

Read in English.

Iċ-Ċina rrappurtat 32 każ ġdid ta’ coronavirus sat-18 ta’ Ġunju, 25 minnhom irrappurtati fil-belt kapitali Beijing, skont il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Ċiniża.

Dan jitqabbel mat-28 każ konfermati l-jum ta’ qabel, li 21 minnhom kienu f’Beijing. L-awtoritajiet lokali qed jillimitaw kemm jista’ jkun il-moviment tan-nies fil-kapitali u qed iżidu l-miżuri sabiex jevitaw li l-virus ikompli jinfirex iżjed wara serje ta’ infezzjonijiet lokali.

Instabu wkoll ħames pazjenti asintomatiċi bil-COVID-19, jiġifieri li huma infettati bil-coronavirus iżda li ma juru l-ebda sintomi. Dawn kienu rappurtati nhar it-18 ta’ Ġunju mqabbla ma’ tmienja oħra rappurtati l-ġurnata ta’ qabel. Iċ-Ċina ma tgħoddx lil dawn il-pazjenti bħala każi konfermati.