Iċ-Ċina tipprova vaċċin ġdid għal COVID-19 fuq ħaddiema taċ-ċivil

Uffiċjal tas-saħħa Ċiniż fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żvela kif iċ-Ċina qed ħabbret poteri ta’ emerġenża lill-Kummissjoni tas-Saħħa Nazzjonali Ċiniża biex tagħtiha poteri li twettaq testijiet u provi mhux approvati ta’ vaċċini li għadhom mhux approvati fuq ħaddiema taċ-ċivil. Allegatament dawn it-testijiet mhux uffiċċjali ilhom isiru tul dawn l-aħħar erba’ ġimgħat.

Sadanittant il-Professur Benjamin Cowling, li qed jikkollabora l-istudju dwar il-pandemija u l-vaċċin bejn iċ-Ċina u l-WHO, qal li sa Diċembru se jkun hawn diversi vaċċini fis-swieq internazzjonali, madanakollu jemmen li dawn mhux se jkunu aċċessibli għal kulħadd globalment qabel is-sajf tal-2021.

Wara li l-ewwel każijiet tal-COVID-19 inxterdu mad-dinja kollha wara li allegatament oriġinaw miċ-Ċina, bħalissa l-pajjiż qed jistinka biex ikun minn tal-ewwel li jiżviluppa vaċċin effettiv.