Iċ-Ċina timponi regolamenti aktar stretti dwar affarijiet reliġjużi

Regolamenti reliġjużi aktar stretti li kienu imposti mill-Vatikan għandhom iwasslu biex l-Insara jsiru jafuhom aħjar biex ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom.
Dan qalu d-Direttur tal-Iskola tad-Divinità fl-Università ta’ Hong Kong.
Dawn ir-regolament li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar, kienu ppublikati għall-ewwel darba fl-2014 taħt forma ta’ abbozz. Fl-2017 kienet ippubblikata l-verżjoni sħiħa tagħhom u issa daħlu fis-seħħ.
Madankollu, il-kritika li kienet saret li dawn kienu se jnaqqsu l-libertà reliġjuża ma wasslet għal imkien għax ma sar ebda tibdil fihom.
Fost ir-regolament l-ġodda hemm dak li għandhom ikunu rreġistrati l-postijiet użati għal skopijiet reliġjużi, filwaqt li mhux ċar il-kriterji li se jkunu applikati.
Kollox jiddependi minn kif l-uffiċjali Ċiniżi jinterpretaw ir-regolamenti l-ġodda.
Għalhekk, dawk l-Insara li se jkunu suġġetti għal dawn ir-regolamenti aħjar ikunu jafuhom sew u jaraw x’għażliet legali għandhom biex jużawhom jekk iħossu li mhux qed ikunu ttrattati b’mod ġust.
L-amministraturi tal-Affarijiet Reliġjużi li jista’ jkunu wkoll taħt il-forma ta’ Kumitati tal-Ġirien għandhom poteri akbar ta’ kontroll milli ta’ protezzjoni. Il-qafas tar-regolamenti l-ġodda u dak li hemm miktub biex postijiet ta’ talb jiġu awtorizzati jikkontrollaw x’attivitajiet jitħallew isiru, fosthom attivitajiet edukattivi.
Jidher li permezz tar-regolamenti l-awtoritajiet Ċiniżi jridu jikkontrollaw ukoll dawk magħrufa bħala komunitajiet tal-‘Grey Church” li għalkemm mhumiex irreġistrati huma aċċettati mill-Gvern b’mod taċitu.
Id-Direttur tal-Università ta’ Hong Kong qal ukoll li fl-imgħoddi, il-Gvern ittollera xi djar jew knejjes fil-moħbi u sakemm ma kinux jaqbdu magħhom l-awtoritajiet kellhom ftit libertà biex jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom. 
Iżda issa jidher li dawk li ma jirreġistrawx se jkunu aktar fil-mira tal-awtoritajiet.