Iċ-Ċina tilqa’ lis-segretarju tat-teżor tal-Amerka

Read in English.

Iċ-Ċina u l-Istati Uniti bdew l-aħħar taħditiet bejniethom f’Beijing aktar kmieni llum bil-għan li jtemmu l-gwerra kummerċjali li hemm bejniethom.Din it-taħdita bdiet wara li s-Segretarju tat-Teżor tal-Amerka qal li kellu laqgħa waqt pranzu tajba ħafna, il-lejl ta’ qabel mal-Viċi taċ-Ċina.

Is-segretarju Amerikan, flimkien mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Amerka, għandhom ippjanat ġurnata sħiħa ta’ diskussjonijiet, qabel il-Viċi taċ-Ċina jmur il-ġimgħa d-dieħla f’Washington għal rawnd ieħor ta’ taħdidiet.