Iċ-Ċina tibni sptar f’ħamest ijiem

Reuters

Fil-Belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina beda x-xogħol biex jinbena sptar li jesa’ 1,000 sodda.

Il-Ħamis filgħaxija fuq il-post waslu 35 makkinarju tat-tħaffir u 10 bulldozers. Il-mira hi li sat-Tnejn li ġej l-isptar ikun mibni.

L-Uffiċjal Changjiang Daily rraporta li l-binja ta’ dan l-isptar se tkun qed issolvi n-nuqqas ta’ riżorsi mediċinali.

S’issa huwa kkonfermat li mietu 26 persuna u ġew ikkonfermati 880 persuna li jinsabu infettati b’dan il-virus.

L-awtoritajiet Ċiniżi qed jieħdu diversi prekawzjonijiet sabiex dan il-virus kemm jista’ jkun ma jkomplix jinxtered, fosthom is-servizz pubbliku ġie sospiż kif ukoll ġew magħluqa diversi postijiet pubbliċi bħal tempji u ċinemas. L-awtoritajiet wissew li se jkunu qed jittieħdu aktar miżuri.

Dan il-virus ġie interċettat għall-ewwel darba ix-xahar li għadda u s’issa nfirex f’mill-anqas 30 provinċja fiċ-Ċina. Żewġt imwiet ġew ikkonfermati f’Hubei. Anzjan ta’ 80 sena miet fil-provinċja ta’ Hebei wara li qatta xahrejn f’Wuhan biex iżur lill-familjari.