Iċ-Ċina takkuża lill-Istati Uniti li ħolqot paniku fuq il-coronavirus

REUTERS/Stringer

Iċ-Ċina qiegħda takkuża lill-Istati Uniti li ħolqot paniku fuq il-coronavirus billi għamlet restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minn u lejn iċ-Ċina u bl-evakwazzjonijiet taċ-ċittadini Amerikani miċ-Ċina.

L-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom minħabba dan il-virus tela’ għal 361, b’57 mewta iżjed mill-bieraħ, skont il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), iddikjarat il-virus emerġenza globali, wara li nfirex għal 23 pajjiż u reġjun ieħor. Ilbieraħ ġie rappurtat l-ewwel każ ta’ persuna li tilfet ħajjitha minħabba l-virus barra ċ-Ċina.

Wuhan u xi bliet oħra għadhom kwarantina, filwaqt li ċ-Ċina qed taffaċċja iżolament internazzjonali.

Fl-ewwel jum wara l-vaganzi tas-Sena l-Ġdida Ċiniża, in-negozju ħa daqqa ‘l isfel fiċ-Ċina.