Iċ-Ċina taffaċċja l-inqas tkabbir ekonomiku f’25 sena

It-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina hu l-inqas f’25 sena.
Fl-2015, it-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina żdied b’6.9% meta mqabbel mas-7.3% is-sena ta’ qabel.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li minħabba li l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż hi t-tieni l-aktar f’saħħitha, qed tqanqal tħassib fost l-investituri madwar id-dinja.
L-ekonomija fiċ-Ċina qed taffaċċja sfidi ġodda fosthom tnaqqis fl-esportazzjoni, livelli ogħla ta’ dejn u investiment kajman.