Aġġornata: Iċ-Ċina tneħħi l-limitu ta’ termini għall-President

Iċ-Ċina approvat it-tneħħija tal-limitu fuq it-termini li jista’ jservi l-mexxej tagħha, emenda li effettivament tippermetti lil Xi Jinping biex iservi bħala President għal għomru.
Skont il-BBC, din il-bidla hija parti minn sett ta’ tibdil kostituzzjonali li għadda waqt il-laqgħa annwali tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu llum.
Iċ-Ċina ilha timponi limitu ta’ żewġ termini għall-President tagħha sa mis-snin disgħin.
Xi ma żammx mat-tradizzjoni li jippreżenta s-suċċessur tiegħu waqt il-kungress tal-partit komunista f’Ottubru li għadda. Minflok, huwa kkonsolida l-poter tiegħu permezz ta’ emenda li biha daħħal ismu fil-kostituzzjoni tal-partit.
Il-proposta tat-tneħħija tal-limitu fuq għat-termini tal-Preisdent saret fi Frar.