Iċ-Ċina mhix se tibqa’ tqis il-golf bħala illegali

L-isport tal-golf mhux se jibqa’ reat fiċ-Ċina.
S’issa, l-isport kien meqjus delizzju tas-sinjuri u saħansitra s-sena li għaddiet ġie dikjarat kontra l-liġi bħala parti mill-ġlieda tal-President Ċiniż kontra l-korruzzjoni.
Dan għaliex il-golf ġie kkunsidrat bħala sport li fih jiltaqgħu s-sinjuri flimkien u fejn jistgħu jikkorrompu lil xulxin.
Imma issa l-Partit Komunista Ċiniż qal li l-isport m’għandu xejn ħażin jew tajjeb u li waħdu m’għandux ikun illegali.