Iċ-Ċina l-iktar li tibgħat nies għall-piena kapitali

Mill-inqas 1,032 persuna kienu maqtula fuq ordni tal-Qorti fl-2016 fi 23 pajjiż madwar id-dinja.
Fi stqarrija l-għaqda Amnesty International qalet li fl-2015 kienu dokumentati 1,634 ordnijiet ta’ qtil f’25 pajjiż minn madwar id-dinja. Numru rekord mill-1989 sal-lum.
Skont ir-rapport l-eżekuzzjonijiet saru fiċ-Ċina, fl-Iran, fl-Arabja Sawdija, fl-Iraq u fil-Pakistan.
Għall-ewwel darba mill-2006 'l hawn l-Amerka ma kinetx waħda mill-ħames pajjiżi li l-aktar ordnat eżekuzzjonijiet.
Iċ-Ċina baqgħet l-aktar pajjiż li tordna eżekuzzjonijiet, però r-raġuni wara dawn għadha mhix magħrufa għax din l-informazzjoni hi kunsidrata bħala sigriet tal-Istat.