Iċ-Ċina b’donazzjoni ta’ maskli lill-Pulizija

CMRU

Iċ-Ċina tat donazzjoni ta’ 500 maskla lill-Korp tal-Pulizija.

Fuq Facebook il-Pulizija qalet li d-donazzjoni saret f’isem l-Ambaxxata taċ-Ċina f’Malta lid-Distrett ta’ San Ġiljan bħala apprezzament għax-xogħol li qed isir f’din il-lokalità.

Il-Pulizija rringrazzjat lill-ambaxxata għad-donazzjoni.

500 surgical masks were last Saturday donated by Mr Fen on behalf of the Embassy of the People's Republic of China 🇨🇳 in…

Posted by The Malta Police Force on Monday, April 27, 2020

F’Marzu l-Malta Trust Foundation irċeviet miċ-Ċina konsenja ta’ 20,000 maskra speċjalizzata. Dawn se tqassamhom bħala donazzjoni lill-Prim Ministru, lit-tobba u lill-NGOs bil-għan li titwaqqaf kemm jista’ jkun l-imxija tal-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn