Iċ-ċikonji issa qrib l-isptar t’Għawdex

Birdlife

Iċ-ċikonji li ġew xi jiem ilu f’Malta, għadhom f’pajjiżna. Dan ħabbruh BirdLife Malta u qalu li 11-il ċikonju qegħdin ġewwa Għawdex qrib tal-Isptar Ġenerali.

Għal din l-aħbar, intalbet l-assistenza tal-pulizija biex iżommu għajnejhom fuqhom li ma jiġrix xi inċident ieħor ta’ sparar fuq it-tajr. BirdLife appellat ukoll lill-pubbliku biex jekk jisma jew jara xi inċident icempel lil BirdLife u lill-awtoritajiet biex jittieħdu l-passi.

BirdLife Malta spjegat kif hija xi ħaġa mhux tas-soltu li f’Awwissu jinżlu ċ-Ċikonji Malta, ġeneralment dawn jinġu għal ħabta ta’ Settembru u jkunu ġejjin mill-Italja jew l-Iżvezja.

Iżda dawn iċ-ċikonji għad mhux magħruf minn fejn ġew għax m’għandhomx ċurkett bl-informazzjoni.