​Iċ-ċiklisti jridu jużaw Triq Bisazza f’Tas-Sliema

Il-grupp taċ-ċiklisti magħruf bħala l-Bicycling Advocacy Group qal li qed jiżdied il-periklu fl-unika rotta li għandhom iċ-ċiklisti biex joħorġu minn Tas-Sliema.
Il-grupp qal li fi Triq Qui Si Sana kemm il-darba ġew osservati trakkijiet isuqu f’direzzjoni one-way, u għalhekk qed tħeġġeġ lill-awtoritajiet biex tinfetaħ Triq Bisazza għall-użu taċ-ċiklisti.
Il-grupp taċ-ċiklisti qal li s’issa għadu ma ġiex konsultat minn Transport Malta dwar ir-rotot għaċ-ċiklisti f’Tas-Sliema.