Iċ-ċiklisti jiltaqgħu mal-Ministru għat-Trasport

Ġew diskussi numru ta’ proposti u ideat waqt laqgha li organizza l-Ministru għat-Trasport, Ian Borg mal-Bicycle Advocacy Group. 
Skont il-Ministru Borg, dawn il-laqgħat jagħtu opportunità lil dawk involuti sabiex jifhmu lil xulxin aħjar. 
Il-Ministru qal li għalkemm huwa meħtieġ li jsir titjib infrastrutturali, dan mhux biżżejjed sabiex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq. Ir-rappreżentanti esprimew is-sodisfazzjon tagħhom lejn l-aġenda tal-Ministeru favur il-promozzjoni ta’ mezzi alternattivi. 
L-organizzazzjoni pproponiet it-tkomplija tal-iskema pedelecs filwaqt li jiżdiedu l-allokazzjonijiet. Dan wara s-suċċess li kisbet din l-iskema sa issa.