​Iċ-ċiklisti jgħidu li r-railings il-ġodda fl-Imsida huma perikolużi għalihom

Il-Bicycling Advocacy Group (BAG) qalet li l-anti-pedestrian railings li ġew installati fi Triq D'Argens fl-Imsida huma ta’ periklu għaċ-ċiklisti.
Skont il-BAG, kien hemm numru ta’ każijiet f’pajjiżi barranin fejn ċiklisti inqabdu bejn railings u xi vettura twila bħal xi karozza tal-linja.
Fi stqarrija, il-Grupp avża lill-membri tiegħu biex isuqu f’nofs il-karreġġata bħala prekawzjoni.      
Il-BAG qal li talbet lil Transport Malta għal soluzzjoni
Ritratt: BAG