​Iċ-ċiklisti bla risposta għal 72% tal-mistoqsijiet

Il-Bicycle Advocacy Group (BAG) qed jilmentaw li għalkemm kienu ltaqgħu mal-Ministru għat-Trasport Ian Borg, il-mistoqsijiet li għamlu lil Transport Malta dwar is-sigurtà fit-toroq baqgħu bi 72% mhux imwieġba.
Fl-istqarrija, il-BAG qalu li l-Ministru Borg kien wegħedhom li se jkun qed jara x’inhi l-problema.
Il-Grupp issa ħatar Liaison Officer ġdid għal ma’ Transport Malta. Dr Jason Debono se jkun qed jieħu post Jim Wightman, li jservi wkoll ta’ Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-grupp.