Iċ-ċiklist Gerben sofra minn tliet emorraġiji: taħt kura intensiva

Iċ-ċiklist Belġjan Gerben Thijssen qed jingħata kura intensiva wara li weġġa’ serjament f’ħabta waqt l-ewwel lejl mit-tlielaq ta’ Ghent Six Day.

Gerben li għandu 21 sena sofra minn tliet emorraġiji u kiser tliet kustilji. Hu għandu jerġa’ jiġi eżaminat illum u mistenni jibqa’ taħt kura intensiva sa tliet ijiem. Il-kelliem tat-tim Philippe Maertens qal li Gerben baqa’ konxju l-ħin kollu.

Hu waqa’ fl-aħħar dawra tas-supersprint wara li mess lid-Daniż Oliver Wulff Frederiksen.