Iċ-CHOGM f’Malta bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru

Il-laqgħa taċ-CHOGM f’Malta se ssir fil-jiem ta’ bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru, bil-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth se jkunu qed joqgħodu fil-bini ta’ Forti Sant’Anġlu, fil-Birgu.
Għal-laqgħat se jintużaw għadd ta’ postijiet storiċi f’Malta.
Dan ħabbru l-Prim Ministru Joseph Muscat f’dikjarazzjoni konġunta mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma.
It-tema għal-laqgħa ta’ din is-sena, li normalment issir kull sentejn, hi “Adding Global Value” – “Inżidu l-Valur Globali”.