Read in English.
Mark Meadows, iċ-Chief of Staff tal-White House, l-uffiċċju tal-President Amerikan, għandu l-coronavirus.
Huwa deher l-aħħar fil-pubbliku nhar l-Erbgħa li għadda, meta l-President Donald Trump qal li hu se jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali li bħalissa għadhom qed jingħaddu l-voti tagħha. Meadows attenda wkoll għal festin fil-White House lejlet l-elezzjoni. Fiż-żewġ avvenimenti, huwa ma kienx liebes maskra.
Nick Trainer, uffiċjal fil-kampanja ta’ Trump, ukoll ħareġ li għandu l-coronavirus.
L-opponent tiegħu Joe Biden għamel diskors ilbieraħ li fih indika li hu ċar li hu se jirbaħ lil Trump u jsir il-President tal-Istati Uniti minfloku.
Id-diskors ta’ Biden
Filmat: “Se nirbħu din it-tellieqa” – Joe Biden