Iċ-charger tal-iPhone jaf ma jibqax l-istess

Apple jaf tkun qed tagħmel bidla drastika fl-iPhones hekk kif diversi rapporti qalu li l-kumpanija qed tħaseb biex tibdel iċ-chargers tagħha, bidla li jekk isseħħ se tirrendi ċ-chargers eżistenti inkompatibbli.

Bħalissa l-iPhones jużaw lightning cables li ġew introdotti fis-suq fl-2012 iżda bil-bidla li qed tissemma, Apple jaf tagħżel li tibda tuża wijers USB-C, l-istess chargers li jintużaw bħalissa fuq mowbajls Android.

Apple diġà użat dawn il-wijers USB-C mal-iPad Pro filwaqt li anke diversi mowbajls popolari  bħal Samsung Galaxy S9, Google Pixel 3, Razer Phone 2 and OnePlus 6.

Diversi pwersuni lmentaw dwar din l-aħbar fuq Twitter u anke kitbu dwar il-fatt li ċ-chargers eżistenti li jiswew mal-€25 aktarx mhux se jibqgħu jintużaw.