Ritratti: Iċ-“changing of the guard” mill-ġdid quddiem il-Palazz

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta imxew tul Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta u ħadu sehem ukoll f’parata li saret fi Pjazza San Ġorġ.
Dan f’ċerimonja simbolika li tat bidu mill-ġdid għaċ-changing of the guard quddiem il-Palazz tal-President, li issa reġgħet bdiet wara li kienet twaqfet f’Marzu li għadda.
Il-Ministru l-ġdid għall-Intern, Carmelo Abela spezzjona s-suldati tal-Forzi Armati.
Iċ-changing of the guard se ssir kuljum, kull siegħa, bejn id-9.30am u l-4.30pm. 
Din iċ-ċerimonja għandha għeruq antiki sa minn żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, meta Pjazza San Ġorġ kienet magħrufa bħala Piazza De La Guardia.  

Ritratti: AFM