Iċ-Chairman tal-Kunsill tal-Ktieb jirreżenja minn delegat tal-PL

Facebook - Mark Camilleri

Read in English.

Mark Camilleri, iċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, ħabbar ir-reżenja tiegħu minn delegat tal-Partit Laburista wara r-rebħa ta’ Robert Abela fl-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista.

Camilleri kiteb fuq Facebook li pprova jġib bidla radikali f’Malta, imma falla miżerabbilment. Qal li jħossu personalment responsabbli għat-telfa tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fl-elezzjoni. Saħaq li biex tinbena mill-ġdid in-naħa xellugija fil-Partit Laburista se tkun diffiċli ħafna.

Żied jgħid li jħossu demoralizzat u għalhekk irreżenja effettivament mill-pożizzjoni tiegħu bħala membru fil-kumitat tal-Partit Laburista fl-Isla. Camilleri ħass li ma kienx effettiv u tilef il-battalja, allura ddeċieda li ma jibqax jipparteċipa fil-logħba politika.

I tried to effect radical change in my country, but have failed miserably, receiving instead a painful and crushing…

Posted by Mark Camilleri on Sunday, January 12, 2020

F’kumment fuq il-kitba ta’ Camilleri, l-eks kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u eks mexxej tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, qawwielu qalbu u qallu li “l-kriminali ta’ Kastilja” kienu qed jimbuttaw lil Robert Abela għall-kariga, u “Kastilja b’saħħitha wisq.”

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kellu ftit kliem x’jgħaddi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni u fuq Facebook dalgħodu kiteb illi beħsiebu jibqa’ leali lejn il-Partit Laburista u l-valuri tiegħu. Huwa rringrazzja lil-Laburisti li wrew fiduċja fih.